Id-Demm Nieżel bħax-Xita

Nhar is-27 ta’ Diċembru, 2008, ftit sigħat wara l-bidu tal-bumbardament mill-armata Iżraeljana, it-tabib Yousef Mousa jibgħat messaġġ iddisprat minn Gaża.

"The military operation makes the Palestinian blood fall like rain. As a consequence, the civilian population in the cities of Rafah, Khan-Younis, middle camps, Gaza City, Beit-Hanoun and Beit-Lahiya, and in the refugee camp of Jabalia is suffering from the most horrible onslaught of Israeli military power."

U din kienet għadha l-ewwel ġurnata.

Fil-ktieb Id-Demm Nieżel bħax-Xita (Edizzjoni Skarta, 2009) hemm poeżiji u novelli ġodda miktubin minn 15-il kittieb u kittieba li jgħixu f'Malta b'solidarjetà man-nies ta' Gaża.

Ħafna mix-xogħlijiet li hemm fil-ktieb inqraw f’lejla ta’ letteratura li saret fil-Chiaroscuro, il-Belt Valletta, nhar l-Erbgħa, 7 ta’ Jannar, 2009, li fiha ħadu sehem ukoll il-kantawturi Vince Fabri u Lara Vassallo."

L-edituri ta' din il-ġabra huma Adrian Grima u Karl Schembri, waqt li d-disinn tal-qoxra sar minn Jonathan Grima. Il-ktieb ġie stampat għand il-Custom Lab, B’Kara.

Dan il-ktieb qed jiġi ppubblikat bl-għajnuna ta’ RAMATTAN News Agency and Media Services.

Dan huma l-kitbiet li hemm fil-ktieb:

Minn fuq il-bejt rajniehom il-bombi… - Karl Schembri
Għażiża Noora - Adrian Grima
Ċomb - Antoine Cassar
Karba minn Gaża - Sanaa El-Nahhal
L-Għanja tar-Raġel minn Gaża - Mario Azzopardi
Il-Karba tal-Palestinjani – Achille Mizzi
Trasfigurazzjoni tad-Diskors - Caldon Mercieca
Il-Gaża fuq il-Golgota - Walid Nabhan
7 baqriet nixfin - Caldon Mercieca
Il-Bilanċ tal-Gwerra – Karl Schembri
Larinġa - Immanuel Mifsud
Ġenin – Karl Schembri
Ramallaħ – Victor Fenech
Il-Muftieħ ta’ Walid - Mario Azzopardi
My homeland, I am coming, wait for me. - Clare Azzopardi
Xtaqt Nistiednek - Vince Fabri
Refuġjata - Mario Azzopardi
L-Għama ta’ Għajn Musa - Caldon Mercieca
Gift of Life – Adrian Grima
Minn Bejrut sa Wied il-Bekaa’ - Norbert Bugeja
Għal Jum Wieħed Biss - Vince Fabri
Għalik, Sur President – Karl Schembri
X’se Tagħmel Meta l-Lejl Jintemm?– Adrian Grima
Beslan - Vince Fabri
Ħajku - John Portelli
Festival tas-Silġ - Maria Grech Ganado
31.12.2008, 23:00, Razice/Gaża - Antoine Cassar
Il-Lament ta’ Omm - Maria Grech Ganado
Storja ta’ Pajjiż - Sanaa El-Nahhal