Fl-aħħar tlestiet il-logħba Fair Play, l-ewwel logħba dwar il-Kummerċ Ġust. Il-proġett Ilgħab Ġust involva ħafna ħidma fuq il-lingwaġġ li ntuża fil-logħba nnifisha, li permezz tiegħu min jilgħab isir jaf dwar is-suq tal-qoton u l-inġustizzji li hemm fih, kif ukoll dwar l-alternattivi ġusti li jeżistu ... dan kollu mingħajr ma jintesa wkoll id-divertiment! Fil-logħba Fair Play jinħtieġu kemm l-istrateġija kif ukoll is-solidarjetà.
Fair Play inħolqot fi ħdan il-proġett għall-edukazzjoni u l-iżvilupp Playing Fair Alternatives, taħt il-koordinazzjoni tal-koperattiva Pangea-Niente Troppo, b'kollaborazzjoni ma’ 7 organizzazzjonijiet oħra Taljani u Ewropej. Minbarra l-edizzjoni bit-Taljan, il-logħba nqalbet għaċ- Ċek, il-Griek, il-Malti u l-Portugiż. Fair Play tinkludi: · 110 karta Età tal-plejers: 14 sa 99 sena Għal aktar informazzjoni: Ħwienet tal-logħob u tal-kotba, azjendi oħra u individwi interessati jistgħu jordnaw il-logħba mill-Koperattiva Kummerc Gust, il-hanut L-Arka, 306. Triq San Pawl, Il-Belt. Idea ta' Andrea Angiolino Iftaħ moħħok għas-solidarjetà L-Ekowopedja hija l-ktieb miftuħ għall-edukazzjoni dwar is-solidarjetà, strument għall-għalliema u l-edukaturi li jixtiequ jiffurmaw ċittadini fid-dinja globalizzata li huma wkoll konsum-atturi infurmati. L-Ekwopedja għandha l-għeruq tagħha fix-xewqa li titwettaq il-bidla kulturali permezz ta’ l-edukazzjoni, f'dinja mogħnija bid-diversità. Dan il-ktieb jagħti sapport għat-tagħlim lil min jaħdem f'kuntatt mill-qrib maż-żgħażagħ u t-tfal (fl-iskejjel, ġewwa l-assoċjazzjonijiet u fiċ-Ċentri lokali), billi jiġbor kollox taħt temi li jinkludu wkoll eżerċizzji, biex is-suġġetti kumplessi jiġu ppreżentati f'attivitajiet edukattivi li huma faċli biex tagħmilhom. L-Ekwopedja hija miftuħa kemm fil-forma, kif ukoll fil-kontenut: l-iskedi tal-ktieb huma miġbura f'binder bil-ħoloq biex minn edizzjoni għal oħra, il-kontenut ta' kull tema jkun jista' jiżdied. Barra minn hekk, l-edukaturi li jużawh għandhom isibuha faċli li jżidu l-materjal tagħhom. Din l-ewwel edizzjoni titratta tliet temi prinċipali: is-Sistema Ekonomika Globali, l-Iżvilupp Insostenibbli, u l-Kummerċ Ġust. Fl-2008 mistennija toħroġ it-tieni edizzjoni, li se jkun fiha skedi ġodda fuq dawn l-istess temi, kif ukoll temi ġodda fuq l-Interkultura, il-Jeddijiet tal-Bniedem u l-Modi ta’ l-Għixien Alternattiv. Taħt kull tema hemm tliet taqsimiet. L-ewwel fażi (Nifhem) qiegħda għat-tagħlim bażiku; it-tieni fażi (Nagħmel) tapplika dan it-tagħlim permezz ta’ l-animazzjoni u l-edukazzjoni; filwaqt li t-tielet fażi (Nara) tippreżenta stejjer minn madwar id-dinja li jagħtu xhieda dwar l-inizzjattivi marbuta ma’ l-iżvilupp u l-edukazzjoni. Inti wkoll tista’ tagħti l-kontribut tiegħek fl-edizzjonijiet li jmiss! Jekk inti għalliema jew edukatriċi, tista’ toħloq pjan ta' ħidma edukattiva dwar it-temi li jitratta l-ktieb, jew inkella tibdel il-proposti li hemm dwar il-Ħwienet tax-Xogħol Dinji skond il-kuntest lokali li tgħix fih. Jekk diġà għandek esperjenza ta' klassijiet dinamiċi maqsuma fi gruppi, jew ta' ħidma extra-kurrikulari li torbot mal-pjan ta' żvilupp skolastiku, jew inkella organizzajt attivitajiet li jinvolvu lill-istudenti, kemm ġewwa l-iskola kif ukoll barra, għax ma tirrakkuntahomx? Aħna lesti li nippubblikawhom fit-taqsima Nara. L-Ekwopedja twettqet fi ħdan il-proġett għall-edukazzjoni u l-iżvilupp Playing Fair Alternatives, taħt il-koordinazzjoni tal-koperattiva Pangea-Niente Troppo, b'kollaborazzjoni ma’ 7 organizzazzjonijiet oħra Taljani u Ewropej. Minbarra l-edizzjoni bit-Taljan, l-Ekwopedja nqalbet ukoll għall-Griek u għall-Malti. Għal aktar informazzjoni: Edituri: Ilaria Mazzoni, Claudia Piacenza, Gaga Pignatelli Bini Permezz tat-Teatru (link għal Veronica Cruciani www.veronicacruciani.it )
|
||||

F'din il-logħba, tinħoloq mill-ġdid il-linja tal-produzzjoni fis-suq tal-qoton, u min jilgħab jiskopri dak li jseħħ minn wara l-kwinti biex jintisġu l-ħwejjeġ li nilbsu kuljum. Il-gost tal-logħba huwa li b'mod attiv u involviment sħiħ, tħoll il-kobba tal-jeddijiet tal-ħaddiema, l-ambjent u dak li nikkunsmaw. Fair Play, l-ewwel logħba Maltija fuq il-Kummerċ Ġust, tuża' l-logħob biex tfisser il-kumplessità ta' suq li jolqotna lkoll mill-qrib. L-għan tal-parteċipanti fil-logħba huwa li jibdlu l-linja tal-produzzjoni tal-qoton tagħhom f'waħda iżjed ġusta u sostenibbli, billi jpartu l-karti u l-punti. Madankollu, kull parteċipant għandu jżomm dejjem f'moħħu l-logħob tal-parteċipanti l-oħra, sabiex ma jinħlewx ir-riżorsi li hemm għall-użu ta' kulħadd; inkella, il-logħba tintemm.


