You are here

EKWOPEDJA: IT-TIENI EDIZZJONI - Xandar inti wkoll l-esperjenza tiegħek

Click here for a Microsoft Word version of this article

EKWOPEDJA

IT-TIENI EDIZZJONI

Xandar inti wkoll l-esperjenza tiegħek

L-Ekwopedja, il-ktieb miftuħ ta’ l-edukazzjoni b’risq is-solidarejtà, huwa prodott tal-koperattirva Pangea-Niente Troppo u Koperattiva Kummerc Gust, fi ħdan il-proġett Playing Fair Alternatives. L-Ekwopedja hija riżors għat-tagħlim maħsub għal dawk li jaħdmu f’kuntatt mill-qrib mat-tfal (ġewwa l-iskejjel, l-għaqdiet u l-gruppi tal-komunità) u li jixtiequ jittrattaw b’mod dirett it-temi l-kbar tal-globalizzazzjoni, filwaqt li jiċċaraw kwistjonijiet kumplessi iżda fundamentali sabiex jiġu ffurmati ċittadini u konsumaturi b’kuxjenza.

Fl-ewwel edizzjoni żviluppajna tlett Taqsimiet Tematiċi: Is-Sistema Ekonomika Globali, l-Iżvilupp In-Sostenibbli u l-Kummerċ Ġust. Wara din l-ewwel edizzjoni, li dalwaqt tigi ippubblikata fil-forma ta’ fajl bl-anelli, qiegħda diġà tiġi maħsuba t-tieni waħda, li se tiġbor fiha t-Taqsimiet Tematiċi li ġew ippubblikati diġà, kif ukoll uħud ġodda: l-Interkultura, id-Drittijiet tal-Bniedem u Modi ta’ Għajxien Alternattiv.

Kull Taqsima Tematika fiha 3 sezzjonijiet:

Nifhem: skedi tematiċi li jintroduċu s-suġġett u jagħtu ċans lill-qarrej jakkwista l-informazzjoni bażika b’dati aġġornati, kif ukoll jieħu ideat biex japprofondixxi.

Inwettaq: din toffri mappa konċettwali li tiġbor fiha sintesi ta’ dak li hemm fis-sezzjoni Nifhem, filwaqt li tagħti wkoll pjanijiet ta’ ħidma mqassma skond l-età biex jiggwidaw lill-edukatur fil-ħolqien ta’ attivitajiet edukattivi għall-grupp.

Nara: ġabra ta’ esperjenzi li jżidu mas-suġġett xejra personali u storja li għexa xi ħadd, b’rakkonti dwar laqgħa mal-produtturi tal-Kummerċ Ġust, eżempji ta’ interventi edukattivi, forom ta’ komunikazzjoni ġodda li faċli jsiru.

Minbarra li hija miftuħa fil-forma stess tagħha, l-Ekwopedja trid ukoll tkun miftuħa fil-kontenut! Wara snin sħaħ ta’ xogħol ma’ l-għalliema u l-istudenti, aħna konvinti li dawn għandhom bosta esperjenzi u eżempji prattiċi li huma ta’ valur kbir u li għandu jixxandar fost kull min huwa konvint li l-edukazzjoni hija strumenti li verament jista’ jġib il-bidla u l-emanċipazzjoni individwali u soċjali.

Jekk inti, fl-esperjenza bħala edkuatur/edukatriċi u għalliem/a, għamilt xi esperiment b’attivitajiet biex twassal fil-klassi xi wħud mis-suġġetti li titratta l-Ekwopedja (is-Sistema Ekonomika Globali, l-Iżvilupp In-Sostenibbli, il-Kummerċ Ġust, l-Interkultura, id-Drittijiet tal-Bniedem, Modi ta’ Għajxien Alternattiv), jew ħloqt forom ġodda ta’ tagħlim, tista’ taqsamhom magħna biex aħna nxandruhom. Nippubblikawhom fit-tieni edizzjoni ta’ l-Ekwopedja, u b’hekk l-esperjenza tiegħek tkun ta’ benefiċċju għal ħaddieħor.

X’għandek tagħmel:

l

Fittex fost in-noti li għandek, jew minn dak li tiftakar, biex issib xi esperjenza ta’ tagħlim li saret fil-klassi u li hija marbuta ma wieħed (jew iżjed minn wieħed) mis-suġġetti (is-Sistema Ekonomika Globali, l-Iżvilupp In-Sostenibbli, il-Kummerċ Ġust, l-Interkultura, id-Drittijiet tal-Bniedem, Modi ta’ Għajxien Alternattiv).

l

Uża l-iskema ta’ ħidma ta’ hawn taħt biex tiddeskrivi kif issir l-attività (logħba, żjara ggwidata, wirja ta’ xi film, riċerka). Ipprova agħti kemm tista’ dettalji dwar il-mod kif għandha ssir l-attività u l-istrumenti interdixxiplinari li jistgħu ikunu utli għall-kollegi tiegħek.

l

Ibgħat l-iskema sal-15 ta’ Marzu 2008:

- bl-email: kkg@maltaforum.org

Biex tikseb aktar tagħrif fuq l-Ekwoepedja u l-mod kif tista’ tipparteċipa ċempel lil Nathalie Grima fuq 21 315562 jew ikteb lil kkg@maltaforum.

www.l-arka.org

Skema ta’ Ħidma

Għal min hi l-attività

Għanijiet ġenerali

Għanijiet speċifiċi

L-attivitajiet

Metodoloġija

Riżorsi meħtieġa

Aspetti interdixxiplinari

Osservazzjonijiet u suġġerimenti

Evalwazzjoni finali

Awtur/Editur:

Isem u kunjom:

Suġġett li tgħallem:

Skola fejn tgħallem:

Text Box: Nagħti permess biex l-informazzjoni tiegħi tiġi użata mill-Koperattiva Kummerc Gust għal attivitajiet li għandhom x’jaqsmu mal-pubblikazzjoni ta’ dan id-dokument fit-tieni edizzjoni ta’ l-Ekwopedja    Nixtieq ukoll li nirċievi informazzjoni u aġġornament dwar l-attivitajiet tal-Koperattiva Kummerc Gust permezz tan-newsletter    Malta, illum l-................      Firma (Isem u kunjom).............................................................Nagħti permess biex l-informazzjoni tiegħi tiġi użata mill-Koperattiva Kummerc Gust għal attivitajiet li għandhom x’jaqsmu mal-pubblikazzjoni ta’ dan id-dokument fit-tieni edizzjoni ta’ l-Ekwopedja

Text Box: Nagħti permess biex l-informazzjoni tiegħi tiġi użata mill-Koperattiva Kummerc Gust għal attivitajiet li għandhom x’jaqsmu mal-pubblikazzjoni ta’ dan id-dokument fit-tieni edizzjoni ta’ l-Ekwopedja    Nixtieq ukoll li nirċievi informazzjoni u aġġornament dwar l-attivitajiet tal-Koperattiva Kummerc Gust permezz tan-newsletter    Malta, illum l-................      Firma (Isem u kunjom).............................................................Nixtieq ukoll li nirċievi informazzjoni u aġġornament dwar l-attivitajiet tal-Koperattiva Kummerc Gust permezz tan-newsletter Malta, illum l-................ Firma (Isem u kunjom).............................................................

Media Coverage: 
Projects: 
Past Events: 

Theme by Koperattiva Kummerċ Ġust - All Rights Reserved