Riħ min-Nofsinhar
it-tibdil fil-klima skont Immanuel Mifsud u Adrian Grima
Il-ktieb fih kummenti ta' Joseph Sciberras u Joe Galea bdiewa mill-Koperattiva Rurali Manikata), Mario Cardona (kittieb u edukatur), Annalise Falzon (ambjentalista), Kurt Sansone (editur tal-gazzetta Illum), Ralph Cassar (politiku), Nathalie Grima (mill-Koperattiva Kummerċ Ġust), Christine Borg (mill-Malta Breastfeeding Foundation), u Angele Deguara (soċjologa).
Edizzjoni SKARTA - www.skarta.org
Distribuzzjoni: Sierra Book Distributors - www.sierra-books.com
Immanuel Mifsud
Ma tridx għerf, ma tridx wisq skola
Sabiex tkejjel l-ultra-vjola,
Sabiex tisma’ t-tfal bis-sogħla
Jew biex tħoss il-baħar jogħla.
ENERĠIJA NADIFA
Adrian Grima
Is-soluzzjoni l-qilla nukleari.
Ġa qed tinbet madwarna:
Franza, l-Italja, ’l-Libja...
u tista’ tixgħel id-desktop u l-laptop f’daqqa,
u f’Jannar tiġri bil-flokk taċ-ċingi
u tiksaħ f’Awwissu...
"F'dan il-ktieb ikompli proċess li naħseb m'ilux wisq li beda - il-ftuħ tal-poeżija Maltija fejn l-artijiet u fuq kollox lejn il-popli tal-bqija tad-dinja (u mhux biss tal-Mediterran). Mingħajr ma jneħħu l-attenzjoni tagħhom minn fuq dak li qed jiġri u dak li jeħtieġ li jingħad rigward l-ambjent fuq il-Blata, Adrian Grima u Immanuel Mifsud iħarsu lejn postijiet oħra u jisimgħu l-ilmenti tal-popolazzjonijiet tagħhom, u jsiru ilħna tal-kuxjenza planetarja li tant hemm bżonn li nrabbu ma' l-erba' massi kontinentali u s-sebat ibħra ta' din l-imsejkna dinja."
Antoine Cassar (poeta)




