Fl-aħħar tlestiet il-logħba Fair Play, l-ewwel logħba dwar il-Kummerċ Ġust. Il-proġett Ilgħab Ġust involva ħafna ħidma fuq il-lingwaġġ li ntuża fil-logħba nnifisha, li permezz tiegħu min jilgħab isir jaf dwar is-suq tal-qoton u l-inġustizzji li hemm fih, kif ukoll dwar l-alternattivi ġusti li jeżistu ... dan kollu mingħajr ma jintesa wkoll id-divertiment!
Fil-logħba Fair Play jinħtieġu kemm l-istrateġija kif ukoll is-solidarjetà.





